Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Lulju 2011 - Cree vs UASI (TRUEWHITE)

(Kawża T-208/10) 1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TRUEWHITE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 - Trade mark deskrittiva")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Cree, Inc. (Durham, North Carolina, l-Istati Uniti) (rappreżentant: V. Schiller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta' Frar 2010 (Każ R 985/2009-2), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal TRUEWHITE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Cree, Inc. hija kundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 179, 03.07.2010.