Language of document : ECLI:EU:T:2012:36





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Jannar 2012 — Cervecería Modelo vs UASI — Plataforma Continental (LA VICTORIA DE MEXICO)

(Kawża T-205/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LA VICTORIA DE MEXICO — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti li tinkludi l-element verbali ‘victoria’ u trade mark nazzjonali verbali preċedenti VICTORIA — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 31, 32, 81, 82)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Marzu 2010 (Każ R 322/2009‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Plataforma Continental, SL u Cervecería Modelo, SA de CV.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cervecería Modelo, SA de CV hija kkundannata għall-ispejjeż.