Language of document : ECLI:EU:T:2012:283





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sebaʼ Awla) tat-12 taʼ Ġunju 2012 — Vesteda Groep vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-206/10)

“Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi lil kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali — Għajnuna eżistenti — Deċiżjoni li taċċetta l-impenji tal-Istat Membru — Rikors għal annullament — Locus standi — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq proċedura fil-qasam tal-għajnuna — Impriża kompetitriċi tal-impriża benefiċjarja tal-għajnuna — Dritt għal azzjoni — Kundizzjonijiet (Artikolu 108 TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 31, 32, 34-37)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Għajnuna eżistenti — Eżami mill-Kummissjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni — Impenji meħuda mill-Istat Membru li jagħti għajnuna — Impossibbiltà għall-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Assenza ta’ obbligu tal-Kummissjoni li ssejjaħ il-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom (Artikolu 108 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 19(1)) (ara l-punti 43-48)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, dwar skema ta’ għajnuna E 2/2005 u N 642/2009 — Il‑Pajjiżi l-Baxxi — Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika għal proġetti favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vesteda Groep BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.