Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-207/10) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Sistema fiskali li tippermetti lill-impriżi fiskalment iddomiċiljati fi Spanja jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi fiskalment iddomiċiljati barra mill-pajjiż – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru parzjali tagħha – Dispożizzjoni li tippermetti lis-sistema tkompli tapplika parzjalment – Talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Persistenza tal-interess ġuridiku – Aspettattivi leġittimi – Assigurazzjonijiet preċiżi mogħtija mill-Kummissjoni – Leġittimità tal-aspettattivi – Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tal-aspettattivi leġittimi”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Telekom AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment A. Cordewener u J. Schönfeld, sussegwentement J. Schönfeld, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Martenczuk, T. Maxian Rusche u C. Urraca Caviedes, sussegwentement T. Maxian Rusche, C. Urraca Caviedes, u finalment T. Maxian Rusche, C. Urraca Caviedes u K. Blanck-Putz, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ebro Foods, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, sussegwentement J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro u R. Calvo Salinero, avukati) Banco Santander, SA (Santander, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, sussegwentement J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro u R. Calvo Salinero), Iberdrola, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Ruiz Calzado, M. Núñez Müller u J. Domínguez Pérez, sussegwentement J. Ruiz Calzado, J. Domínguez Pérez u S. Völcker, avukati), u Telefónica, SA (Madrid) (rappreżentanti: inizjalment J. Ruiz Calzado, M. Núñez Müller u J. Domínguez Pérez, sussegwentement J. Ruiz Calzado, J. Domínguez Pérez u S. Völcker, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(2) u (3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE tat-28 ta’ Ottubru 2009 Dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Deutsche Telekom AG hija hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 195, 17.7.2010.