Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ġunju 2011 - Getty Images vs UASI (PHOTOS.COM)

(Kawża T-338/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Getty Images (Seattle, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P.G. Olson, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' April 2011 fil-Każ R 1831/2010-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : trade mark verbali "PHOTOS.COM" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 42 u 45 - applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 8549991

Deċiżjoni tal-eżaminatur: rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7(1)(b) u (c) u 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 inkwantu l-Bord tal-Appell: (i) kien żbaljat meta qies li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni hija deskrittiva tal-prodotti/servizzi li għalihom intalbet ir-reġistrazzjoni; (ii) żbalja billi injora l-fatt li l-isem tad-domain irreġistrat tar-rikorrenti jikkorrispondi għal trade mark li ntalbet ir-reġistrazzjoni tagħha u għandha effett fuq l-evalwazzjoni tal-karattru distintiv tal-marka; u (iii) evalwa b'mod żbaljat li d-dokumentazzjoni ma kinitx biżżejjed biex tistabbilixxi li t-trade mark kienet kisbet karattru distintiv u bbaża ruħu fuq raġunament u interpretazzjoni żbaljata tal-provi prodotti. Ksur tal-prinċipji ta' trattament ugwali u tal-aspettattivi leġittimi, peress li l-Bord tal-Appell kien żbaljat meta rrifjuta l-importanza tal-fatt li l-UASI, bħala parti minn talba preċedenti, aċċetta r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark "PHOTOS.COM" għal prodotti u servizzi simili.

____________