Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta' Marzu 2012 - Ecologistas en Acción vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-341/11) 

("Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru°1049/2001 - Rifjut impliċitu ta' aċċess - Interess ġuridiku - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ecologistas en Acción-CODA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Doreste Hernández, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Martínez del Peral u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta : Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentanti : inizjalment M. Muñoz Pérez, abogado del Estado, assistit minn J.M. Rodriguez Cârcamo, avukat, sussegwentement S. Centeno Huerta, abogado del Estado)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti aċċess għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-proġett tal-bini ta' port fi Granadilla (Tenerife, Spanja), trażmessi mill-awtoritajiet Spanjoli lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta' Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk ta' Ecologistas en Accion-CODA.

Ir-Renju ta' Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 252, 27.08.2011.