Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-343/11) 1

(“FAEGG – It-Taqsima tal-Garanzija – Spejjeż esklużi mill-finanzjament – Frott u ħxejjex – Esklużjoni mill-finanzjament tal-ispejjeż għall-istampar fuq l-imballaġġi – Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji ta’ rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi – Esklużjoni tal-ispejjeż tal-membri kollha tal-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernati – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment minn C. Wissels, M. de Ree, B. Koopman u C. Schillemans, sussegwentement minn C. Wissels, M. de Ree u C. Schillemans, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u P. Rossi, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/244/UE, tal-15 ta’ April 2011, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 102, p. 33), sa fejn teskludi ċerti spejjeż sostnuti mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.