Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2014 – CEEES u Asociación de Gestores de Estaciones de Servicio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-342/11) 1

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio (CEEES) (Madrid, Spanja); u Asociación de Gestores de Estaciones de Servicio (Madrid) (rappreżentanti: A. Hernández Pardo, B. Marín Corral, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn M. Muñoz Pérez, sussegwentement minn S. Centeno Huerta u fl-aħħar nett minn A. Rubio González, abogados del Estado); u Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA (rappreżentanti: J. Jiménez-Laiglesia Oñate u S. Rivero Mena, avukati)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2994 finali, tat-28 ta’ April 2011, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti dwar ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni allegatament imwettqa minn REPSOL (Każ COMP/39461).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio (CEEES) u l-Asociación de Gestores de Estaciones de Servicio għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

Repsol Comercial de Productos Petrolíferos SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 252, 27.08.2011.