Language of document : ECLI:EU:T:2013:468





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 —
Il‑Pajjiżi l-Baxxi vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑343/11)

“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — Spejjeż esklużi mill-finanzjament — Frott u ħxejjex — Esklużjoni mill-finanzjament tal-ispejjeż għall-istampar fuq l-imballaġġi — Nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji ta’ rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi — Esklużjoni tal-ispejjeż tal-membri kollha tal-organizzazzjoni tal-produtturi kkonċernati — Proporzjonalità”

1.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut definittiv ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal ċertu nfiq — Neċessità ta’ proċedura kontradittorja minn qabel (ara l-punt 76)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 77)

3.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Prinċipji — Ugwaljanza fit-trattament tal-operaturi ekonomiċi — Interpretazzjonijiet differenti tad-dritt tal-Unjoni mill-Istati Membri — Distorsjonijiet tal-kompetizzjoni — Inammissibbiltà (Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70 u Nru 1258/1999) (ara l-punti 82-84)

4.                     Rikors għal annullament — Att ikkontestat — Evalwazzjoni tal-legalità fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tal-att (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 92)

5.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999) (ara l-punti 109, 110)

6.                     Agrikoltura — Clearance tal-kontijiet — Proċedura — Skop — Korrezzjoni finanzjarja li ma tikkostitwixxix sanzjoni (ara l-punt 111)

7.                     Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Frott u ħxejjex — Organizzazzjonijiet ta’ produtturi — Finanzjament mill-FAEGG — Rikonoxximent ta’ dawn l-organizzazzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali — Kundizzjonijiet — Previżjoni statutorja ta’ obbligu ta’ bejgħ tal-produzzjoni mill-intermedjarju tal-imsemmija organizzazzjoni — Portata tal-obbligu — Kontroll mill-organizzazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ bejgħ (Regolament tal-Kunsill Nru 2200/96, punt 3 tal-Artikolu 11(1)(ċ); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1432/2003, Artikolu 6) (ara l-punti 121‑124, 151)

8.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Proporzjonalità — Portata — Esklużjoni tal-ispejjeż tal-membri kollha tal-organizzazzjoni ta’ produtturi kkonċernata — Ksur — Assenza (ara l-punti 166-168)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/244/UE, tal-15 ta’ April 2011, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 102, p. 33), sa fejn teskludi ċerti spejjeż sostnuti mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.