Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Lulju 2011 - Ergo Versicherungsgruppe vs UASI - Société de développement et de recherche industrielle (ERGO)

(Kawża T-220/09) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali ERGO - Trade mark Komunitarja preċedetni URGO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ergo Versicherungsgruppe AG (Dusseldorf il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A.W. Renck, T. Dolde, J. Pause, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société de développement et de recherche industrielle (Chenove, Franza) (rappreżentant: K. Dröge, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Marzu 2009 (Każ R 515/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Société de développement et de recherche industrielle u Ergo Versicherungsgruppe AG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ergo Versicherungsgruppe AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 180, 01.08.2009.