Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Settembru 2011 - CEVA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-224/09) 1

"Rikors għal annullament - Programm speċifiku ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku fil-qasam tal-'Enerġija, ambjent u żvilupp sostenibbli' - Proġett Protop - Ftehim ta' għotja - Talba għar-rimbors ta' ammonti mħallsa bil-quddiem għall-eżekuzzjoni ta' kuntratt ta' finanzjament ta' riċerka - Subappalt - Ittra li tfakkar - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre d'étude et de valorisation des algues SA (CEVA) (Pleubian, Franza) (rappreżentant: J.-M. Peyrical, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Joris, aġent, assistit minn E. Bouttier, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittra li tfakkar tal-Kummissjoni tas-6 ta' April 2009, li permezz tagħha din stiednet lir-rikorrent jirrimborsa s-somom kollha mħallsa bil-quddiem minnha fl-eżekuzzjoni ta' ftehim ta' għotja konkluż għal proġett li għandu jitwettaq fil-kuntesta tal-programm speċifiku ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni intitolat "Enerġija, ambjent u żvilupp sostenibbli".

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Is-Centre d'étude et de valorisation des algues SA (CEVA) huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 205, 29.08.2009.