Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Ġunju 2009 - ERGO Versicherungsgruppe vs UASI - Société de Développement et de Recherche Industrielle (ERGO Group)

(Kawża T-221/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ERGO Versicherungsgruppe AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck, T. Dolde u J. Pause, Rechtsanwälte)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société de Développement et de Recherche Industrielle SAS (Chenôve, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni Nru R 520/2008-4tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta' Marzu 2009, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "ERGO Group" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3 u 5 (Applikazzjoni Nru 3 296 449)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Société de Développement et de Recherche Industrielle SAS

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali "URGO" għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 (Trade mark Komunitarja Nru 989 863)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1), peress li m'hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)