Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2013 – MedSkin Solutions Dr. Suwelack vs UASI – Cryo-Save (CryoSafe)

(Kawża T-482/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MedSkin Solutions Dr. Suwelack AG (Billerbeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cryo-Save AG (Pfäffikon, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (UASI), tal-4 ta’ Lulju 2013, fil-Każ R 1759/2012-4 u tibdilha fis-sens li l-appell ippreżentat mir-rikorrenti quddiem l-UASI huwa fondat u għaldaqstant l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda.

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (UASI), tal-4 ta’ Lulju 2013, fil-Każ R 1759/2012-4, u tibgħat lura l-każ quddiem l-eżaminatur kompetenti tal-UASI;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “CryoSafe” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5 u 40 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 619 586

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Cryo-Save AG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “CryoSave” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 10, 42 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009