Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-16 ta’ Lulju 2021 – Liberty Lines SpA vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

(Kawża C-437/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Liberty Lines SpA

Konvenut: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

Domanda preliminari

Il-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipji tal-moviment liberu tas-servizzi u l-ftuħ massimu tal-kompetizzjoni fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizzi, jipprekludi dispożizzjoni bħall-Artikolu 47(11)bis, tad-Digriet Liġi Nru 50 tal-24 ta’ April 2017, mibdula f’liġi bil-Liġi Nru 96 tal-21 ta’ Ġunju 2017, li:

- jassimila jew, għall-inqas, jippermetti li t-trasport marittimu mgħaġġel ta’ passiġġieri bejn il-port ta’ Messina u dak ta’ Reggio Calabria jiġi assimilat b’mezzi legali mat-trasport bil-ferrovija bil-baħar bejn il-peniżola u Sicilia, fis-sens tal-Artikolu 2(e) tad-Digriet tal-Ministeru għat-Trasport u t-Tbaħħir Nru 138 T tal-31 ta’ Ottubru 2000;

- jirriserva jew jidher tali li jirriserva lil Rete ferroviaria italiana S.p.a. s-servizz ta’ konnessjoni bil-ferrovija bil-baħar bejn Sicilia u l-peniżola nnifisha permezz ta’ dgħajjes veloċi?

____________