Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-9 ta’ Lulju 2021 – Ministero dell’Interno vs TO

(Kawża C-422/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministero dell’Interno.

Konvenut: TO

Domanda preliminari

L-Artikolu 20(4) u (5) tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (tfassil mill-ġdid) 1 jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-irtirar tal-miżuri ta’ akkoljenza kontra applikant ta’ età maġġuri u li ma jaqax taħt il-kategorija ta’ “persuni vulnerabbli” fil-każ fejn l-istess applikant huwa meqjus bħala l-awtur ta’ aġir partikolarment vjolenti, li seħħ barra miċ-ċentru ta’ akkomodazzjoni, li kien jissarraf fl-użu ta’ vjolenza fiżika għad-dannu ta’ uffiċjali pubbliċi u/jew persuni inkarigati minn servizz pubbliku, u li kkawża lill-vittmi ġrieħi tali li kien meħtieġ l-użu ta’ kura tad-dipartiment tal-emerġenza lokali?

____________

1     ĠU 2013, L 180, p. 96.