Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-10 ta’ Ottubru 2022 – AB Volvo vs Transsaqui S.L.

(Kawża C-632/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AB Volvo.

Konvenut: Transsaqui S.L.

Domandi preliminari

Fiċ-ċirkustanzi tal-kontenzjuż relatat mal-akkordju tat-trakkijiet deskritti f’din id-deċiżjoni, l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 101 TFUE, jista’ jiġi interpretat fis-sens li n-notifika ta’ kumpannija omm li kontriha titressaq azzjoni għall-kumpens għad-dannu kkawżat minn prattika li tirrestrinġi l-kompetizzjoni titqies li ssir b’mod korrett meta tali notifika tkun saret (jew ipprovat issir) fid-domiċilju tal-kumpannija sussidjarja ddomiċiljata fl-Istat li fih tkun tressqet il-proċedura ġudizzjarja u l-kumpannija omm, iddomiċiljata fi Stat Membri ieħor, ma tkunx dehret għall-proċedura u tkun baqgħet kontumaċi?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 47 tal-Karta tkun kompatibbli mal-Artikolu 53 tal-Karta, fid-dawl tal-ġurisprudenza tat-Tribunal Constitucional (il-Qorti Kostituzzjonali, Spanja) dwar in-notifika tal-kumpanniji omm iddomiċiljati fi Stat Membru ieħor fil-kuntest tat-tilwim relatat mal-akkordju tat-trakkijiet?

____________