Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2013 – Ranbaxy Laboratories u Ranbaxy (UK) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-460/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ranbaxy Laboratories Ltd (Haryana, l-Indja) u Ranbaxy (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Vidal, A. Penny, solicitors, u B. Kennelly, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 1(4) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ COMP/39226 – Lundbeck (citalopram) dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti;

tannulla l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ COMP/39226 – Lundbeck (citalopram), sa fejn jimponi multa fuq ir-rikorrenti u, sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-imsemmja multa; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-natura żbaljata tal-konkluzjoni misluta mill-konvenuta, li l-ftehim bonarju konkluż mir-rikorrenti kien jikkostitwixxi “ksur permezz tal-għan” tal-Artikolu 101(1) TFUE. Ir-rikorrenti jsostnu li, minħabba f’dan, il-konvenuta wettqet żball ta’ liġi u/jew ta’ evalwazzjoni tal-fatti.It-tieni motiv ibbażat fuq in-natura żbaljata tal-konstatazzjoni magħmula mill-konvenuta, li l-partijiet għall-ftehim bonarju kienu mill-inqas potenzjalment kompetituri. Ir-rikorrenti jsostnu li, minħabba f’dan, il-konvenuta wettqet żball ta’ liġi u/jew ta’ evalwazzjoni tal-fatti.It-tielet motiv ibbażat fuq in-natura żbaljata tal-interpretazzjoni min-naħa tal-konvenuta tal-ftehim bonarju, inkwantu hija kkonkludiet li dan kien joffri protezzjoni ikbar minn dik li kienet tinkiseb mill-azzjonijiet għall-osservanza tal-privattiva involuta. Ir-rikorrenti jsostnu li, minħabba f’dan, il-konvenuta wettqet żball ta’ liġi u/jew ta’ evalwazzjoni tal-fatti.Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-natura żbaljata tal-kalkolu, min-naħa tal-konvenuta, tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti. Ir-rikorrenti jsostnu li, minħabba f’dan, l-imsemmija multa ma hijiex iġġustifika

ta u hija sproporzjonata.