Language of document : ECLI:EU:T:2008:589





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2008 – Portela vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-137/07)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kummerċjalizzazzjoni ta’ termometri diġitali difettużi bil-marka ‘CE’ – Nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni – Rabta kawżali – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”


1.                     Rikors għad-danni - Ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja (Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punt 46)

2.                     Rikors għad-danni - Natura awtonoma (Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 49, 50)

3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 79-81)

Suġġett

Prinċipalment, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi obbligata taġixxi skont l-Artikolu 14b tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, p 1) kif emendata bid-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ottubru 1998, dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, p. 1), billi tordna lill-kumpannija ta’ ċertifikazzjoni TÜV Rheinland Product Safety GmbH, permezz tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tattiva favur ir-rikorrenti l-assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili prevista taħt il-punt 6 tal-Anness XI tad-Direttiva 93/42 u konkluża mill-imsemmija kumpannija, u, jekk l-allegata ħsara ma tistax tiġi rrimedjata permezz tat-talba prinċipali, sussidjarjament, talba għal-kumpens tal-ħsara li r-rikorrenti sofriet minħabba d-diversi ommissjonijiet tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Portela – Comércio de artigos ortopédicos e hospitalares, Lda, hija kkundannata għall-ispejjeż.