Language of document : ECLI:EU:T:2008:553





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2008 – Colgate-Palmolive vs UASI – CMS Hasche Sigle (VISIBLE WHITE)

(Kawża T-136/07)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali VISIBLE WHITE – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(ċ) u 51(1)(a)) (ara l-punti 45-47)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Frar 2007 (Każ R 165/2005-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn CMS Hasche Sigle u Colgate-Palmolive Co.

Informazzjoni dwar il-kawża

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade mark verbali VISIBLE WHITE għal prodotti fil-klassi 3 – Trade mark Komunitarja Nru 802793

Proprjetarja tat-trade mark ikkonċernata:

Colgate-Palmolive Co.

Parti li ppreżentat talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

CMS Hasche Sigle

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:

Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni rrevokata u t-trade mark Komunitarja ddikjarata invalida


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Colgate-Palmolive Co. hija kkundannata għall-ispejjeż.