Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad - Blagoevgrad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Ottubru 2023 – “Ati-19” EOOD vs Nachalnik na otdel “Operativni deynosti” – Sofia v Glavna direktsia “Fiskalen control” pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

(Kawża C-605/23, Аti-19)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad - Blagoevgrad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: “Ati-19” EOOD

Konvenut: Nachalnik na otdel “Operativni deynosti” – Sofia v Glavna direktsia “Fiskalen control” pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

Domanda preliminari

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti dispożizzjoni legali nazzjonali li tipprovdi protezzjoni kontra l-eżekuzzjoni bil-quddiem ta’ miżuri, introdotti mil-leġiżlatur nazzjonali sabiex jiġi ggarantit l-interess previst fl-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 , li fil-kuntest tagħha l-portata tal-istħarriġ mill-qorti tkun limitata għall-materjalizzazzjoni tad-danni mġarrba?

____________

1     ĠU 2006, L 347, p. 1; rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.