Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (Il-Litwanja) fit-30 ta’ April 2021 – P.I. vs Migracijos departamentas prie Lietuvos Respublikos vidaus reikalų ministerijos

(Kawża C-280/21)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: P.I.

Konvenut: Migracijos departamentas prie Lietuvos Respublikos vidaus reikalų ministerijos

Domanda preliminari

L-oppożizzjoni għal grupp li jopera illegalment u li huwa influwenti minħabba korruzzjoni li jopprimi lil applikant għal ażil permezz tal-makkinarju tal-Istat u li fir-rigward tiegħu difiża leġittima hija impossibbli minħabba l-korruzzjoni estensiva fl-Istat għandha titqies li hija ekwivalenti għal opinjoni politika attribwita fis-sens tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2011/95/EU? 1

____________

1 Direttiva 2011/95/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU 2011, L 337, p. 9).