Rikors ippreżentat fit-8 ta' Diċembru 2009 - Acciaierie e Ferriere Leali Luigi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-490/09)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Acciaierie e Ferriere Leali Luigi SpA (Brescia, l-Italja) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
Prinċipalment:
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta' Settembru 2009, fil-Każ COMP/37.956 - Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit, adozzjoni mill-ġdid.
Sussidjarjament:
tannulla l-Artikolu 2 ta' din id-deċiżjoni, sa fejn ir-rikorrenti ġiet ikkundannata tħallas is-somma ta' EUR 6.093 miljuni in solidum mal-kumpannija Leali S.p.A.
B'mod iktar sussidjarju:
tnaqqas il-multa imposta.
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-472/09, SP vs Il-Kummissjoni.
____________