Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fl-20 ta’ Mejju 2022 – Ligue des droits humains ASBL, BA vs L’organe de contrôle de l’information policière

(Kawża C-333/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ligue des droits humains ASBL, BA

Konvenut: L’organe de contrôle de l’information policière

Domandi preliminari

L-Artikoli 47 u 8(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jimponu l-obbligu li jiġi previst rimedju ġudizzjarju kontra l-awtorità ta’ superviżjoni indipendenti bħall-Organe de contrôle de l’information policière (il-Korp ta’ Sorveljanza tal-Informazzjoni tal-Pulizija) meta teżerċita d-drittijiet tas-suġġett tad-data fir-rigward tal-kontrollur tad-data?

L-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI 1 huwa konformi mal-Artikoli 47 u 8(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sens li jobbliga biss lill-awtorità ta’ superviżjoni – li teżerċita d-drittijiet tas-suġġett tad-data fir-rigward tal-kontrollur tad-data – li tinforma lil din il-persuna “li jkunu saru l-verifiki kollha meħtieġa jew rieżami” u “dwar id-dritt tiegħu li jfittex rimedju ġudizzjarju”, filwaqt li tali informazzjoni ma tkun tippermetti ebda superviżjoni a posteriori tal-azzjoni u tal-evalwazzjoni tal-awtorità ta’ superviżjoni fir-rigward tad-data tas-suġġett tad-data u tal-obbligi li jaqgħu fuq il-kontrollur tad-data?

____________

1     ĠU 2016, L 119, p. 89, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 6.