Language of document : ECLI:EU:T:2014:763





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Settembru 2014 – Borghezio vs Il‑Parlament

(Kawża T‑336/13)

“Rikors għal annullament – Dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew, f’sessjoni plenarja, li tinforma lill-assemblea dwar l-esklużjoni ta’ deputat Ewropew mill-grupp politiku li miegħu huwa rreġistrat – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Rikors manifestament inammissibbli”

Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Att li jipproduċi effetti legali vinkolanti – Dikjarazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew, f’sessjoni plenarja, li tinforma lill-assemblea dwar l-esklużjoni ta’ deputat Ewropew minn grupp politiku – Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 27-33, 35-38, 42-44)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament, meħuda fil-forma ta’ dikjarazzjoni tal-President tiegħu fis-sessjoni plenarja tal-10 ta’ Ġunju 2013, li tindika li, mit-3 ta’ Ġunju 2013, ir-rikorrent kien qed jipparteċipa bħala deputat mhux irreġistrat minħabba l-esklużjoni tiegħu mill-grupp politiku “Europe Libertés Démocratie” b’effett minn din id-data.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mario Borghezio għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.