Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco (Spanja) fil-5 ta’ Lulju 2023 – HJ vs US, MU

(Kawża C-531/23, Loredas 1 )

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: HJ

Konvenuti: US, MU

Domanda preliminari

L-Artikoli

3, 5, 6, 16, 17, 17(4)(b), 19 u 22 tad-Direttiva 2003/88 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol 1 ,

31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fid-dawl tal-ġurisprudenza Komunitarja (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Mejju 2019, C-55/18 1 ),

20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali,

it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 TUE,

1 u 4 tad-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom […] 1 ,

1, 4 u 5 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol 1 , u

2 u 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol 1 , fid-dawl ukoll tal-ġurisprudenza Komunitarja (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Frar 202[2], C-389/2020 2 ),

għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni regolatorja bħall-Artikolu 9(3) tar-Real Decreto 1620/2011 [(id-Digriet Irjali 1620/2011)], li teżenta lill-persuna li timpjega mill-obbligu li tirreġistra l-ħin tax-xogħol tal-ħaddiema?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.

1     Sentenza tal-14 ta’ Mejju 2019, CCOO (C-55/18, EU:C:2019:402).

1     ĠU 2010, L 180, p. 1.

1     ĠU 2006, L 204, p. 23.

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.

1     Sentenza tal-24 ta’ Frar 2022, TGSS (Qgħad tal-impjegati domestiċi) (C-389/20, EU:C:2022:120).