Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Diċembru 2008 - Perusahaan Otomobil Nasional vs UASI - Proton Motor Fuel Cell (PM PROTON MOTOR)

(Kawża T-581/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Perusahaan Otomobil Nasional Sdn. BHD (Shah Alam, il-Malasja) (rappreżentanti: J. Blind, C. Kleiner u S. Ziegler, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Proton Motor Fuel Cell GmbH (Starnberg, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks and Disinni) tad-9 ta' Ottubru 2008 fil-Każ R 1675/2007-1, tilqa' l-oppożizzjoni Nru 501 306 għall-prodotti u s-servizzi kollha u tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 2 296 408; u

tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun il-każ, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri u l-ispejjeż tal-appell inkorsi quddiem il-konvenut.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "PM PROTON MOTOR", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9 u 42 - applikazzjoni Nru 2 296 408

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: l-applikant

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 198 564 tat-trade mark verbali "PROTON" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12 u 37; ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 1 593 201 tat-trade mark figurattiva "PROTON" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12 u 37; ir-reġistrazzjoni ta' trade mark tar-Renju Unit Nru 1 322 343 ta' sensiela ta' trade marks "PROTON" għal servizzi fil-klassi 37; ir-reġistrazzjoni ta' trade mark tar-Renju Unit Nru 2 227 660 tat-trade mark figurattiva "PROTON" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12 u 37; ir-reġistrazzjoni ta' trade mark tar-Renju Unit Nru 2 182 057 tat-trade mark verbali "PROTON DIRECT" għal prodotti fil-klassi 12; ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali "PROTON" fil-Benelux, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament tad-deċiżjoni kkontestata u ċaħda tal-oppożizzjoni

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell ikkunsidra b'mod żbaljat li ma kienx hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkonkludi li t-trade mark imsemmija fil-proċedimenti tal-oppożizzjoni għandha reputazzjoni fir-Renju Unit.

____________