Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – Panrico vs UASI – HDN Development (Krispy Kreme DOUGHNUTS)

(Kawża T-534/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva Krispy Kreme DOUGHNUTS – Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti DONUT, DOGHNUTS, donuts u donuts cream – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Probabbiltà ta’ vantaġġ inġust miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni – Probabbiltà ta’ dannu – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009]”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Panrico, SA (Esplugues de Llobregat, Spanja) (rappreżentant: D. Pellisé Urquiza, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: HDN Development Corp. (Frankfort, Kentucky, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: H. Granado Carpenter u M. Polo Carreño, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Lulju 2013 (Każ R 623/2011-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Parrico, SA u HDN Development Corp.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Panrico, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 9, 11.1.2014.