Language of document :

Appell ippreżentat fil-15 ta' Ottubru 2012 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti fit-3 ta' Awwissu 2012 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-57/12 R, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

[Kawża T-464/12 P(R)]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tannulla d-digriet ikkontestat b'mod sħiħ u mingħajr ebda eċċezzjoni.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-3 ta' Awwissu 2012, li ċaħdet it-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, fl-ewwel lok, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-talba tiegħu għall-ħlas tas-somma ta' EUR 1661, imnaqqsa inġustament, fil-fehma tiegħu, mill-allowances tal-invalidità tiegħu, u fit-tieni lok, mid-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba, u fit-tielet lok, kull deċiżjoni li abbażi tagħha l-Kummissjoni kienet naqqset is-somma ta' EUR 1661 mill-allowances tal-invalidità tiegħu għax-xahar ta' Ġunju, Lulju, Awwissu u Settembru 2011.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.

L-ewwel aggravju bbażat fuq in-nuqqas assolut ta' motivazzjoni tad-digriet ikkontestat, inkluż id-deformazzjoni u l-iżnaturament tal-fatti, nuqqas manifest ta' loġika, karattru irrazzjonali u arbitrarju, u żball manifest ta' evalwazzjoni inerenti, b'mod partikolari għal dak li jirrigwarda l-punti 22 sa 28 inkluż dawk tal-imsemmi digriet.

It-tieni aggravju bbażat fuq l-interpretazzjoni żbaljata, falza u irrazzjonali kif ukoll il-ksur flagranti tal-Artikolu 86 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fir-rigward tal-kundanna li "iħallas lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku s-somma ta' EUR 1000".

____________