Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – AGC Glass Europe et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-465/12) 1

(“Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-vetturi – Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni li l-Kummissjoni trid tippubblika – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kunfidenzjalità – Sigriet professjonali – Programm ta’ klemenza – Aspettattivi leġittimi – Ugwaljanza fit-trattament”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AGC Glass Europe (Brussell, il-Belġju); AGC Automotive Europe SA (Fleurus, il-Belġju); AGC France SAS (Boussois, Franza); AGC Flat Glass Italia Srl (Cuneo, l-Italja); AGC Glass UK Ltd (Northampton, ir-Renju Unit); AGC Glass Germany GmbH (Wegberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Garzaniti, J. Blockx, P. Niggemann, A. Burckett St Laurent, avukati, u S. Ryan, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, G. Meessen u P. Van Nuffel, aġenti)SuġġettTalba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 5719 finali, tas-6 ta’ Awwissu 2012, li tiċħad talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn AGC Glass Europe SA, AGC Automotive Europe SA, AGC Franza SAS, AGC Flat Glass Italia Srl, AGC Glass UK Ltd u AGC Glass Germany GmbH, skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-Uffiċjal tas-Seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzj

oni (Każ

COMP/39.125 – Ħġieġ tal-vetturi). DispożittivIr-rikors huwa miċħud. AGC Glass Europe SA, AGC Automotive Europe SA, AGC France SAS, AGC Flat Glass Italia Srl, AGC Glass UK Ltd u AGC Glass Germany GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 379, 08.12.2012.