Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fid-29 ta’ Diċembru 2023 – DF vs Rechtsanwaltskammer Wien

(Kawża C-807/23, Jones Day)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DF

Konvenut: Rechtsanwaltskammer Wien

Domanda preliminari

L-Artikolu 45 TFUE dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li bħala prerekwiżit għall-iskrizzjoni fil-lista ta’ avukati bi prova Awstrijaċi, parti mill-prova prattika (perijodu ta’ taħriġ) ta’ avukat bi prova għandha obbligatorjament titwettaq bħala avukat bi prova ma’ avukat stabbilit fl-Awstrija, jiġifieri fit-territorju nazzjonali (“perijodu fiss ta’ prova”), filwaqt li għal din il-parti mit-taħriġ prattiku (perijodu ta’ taħriġ) ma huwiex suffiċjenti li attività ssir ma’ avukat fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, anki jekk din l-attività titwettaq taħt is-superviżjoni ta’ avukat iskritt fil-kamra tal-avukati Awstrijaka fil-qasam tad-dritt Awstrijak?

____________