Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2015 – Pirelli Tyre vs UASI (Kisi pnewmatiku għal roti ta’ vetturi)

(Kawża T-281/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Pirelli Tyre (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: D. Caneva u G. Fucci, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Disinn ikkontestat ikkonċernat: disinn Komunitarju (Kisi pnewmatiku għal roti ta’ vetturi) – Disinn Komunitarju Nru 4 700-0001

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Frar 2015 fil-Każ R 1287/2014-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ t-talba ta’ restitutio in intergrum imressqa minn Pirelli Tyre SpA skont l-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji, billi tiddikjara li l-ħlas tad-dritt tat-tiġdid fir-rigward tat-tieni perijodu ta’ ħames snin, permezz ta’ teħid mill-kont kurrenti Nru 000069 f’isem Bugnion SpA huwa regolari u li, konsegwentement, it-titolu inkwistjoni huwa attwalment fis-seħħtikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motiv invokatKsur tal-Artikolu 67 tar-Regolament Nru 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji.

____________