Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2015 – Syria Steel and Al Buroj Trading vs Il-Kunsill

(Kawża T-285/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Syria Steel SA (Homs, is-Sirja); u Al Buroj Trading (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: V. Davies, Solicitor, u T. Eicke, QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2013 L 147, p. 14) kif emendata, u/jew id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2012/383, tas-6 ta’ Marzu 2015, li timplementa d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2013 L 64, p.41), sa fejn għandhom x’jaqsmu mar-rikorrenti;

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU 2012 L 16, p. 1) kif emendat, u/jew ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375, tas-6 ta’ Marzu 2015, li jimplementa r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja;

tordna lill-Unjoni Ewropea tikkumpensa lir-rikorrenti,

tordna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipaliInsostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.L-ewwel motiv ibbażat fuq allegazzjoni li hemm nuqqas ta’ bażi legali għall-miżuri restrittivi kontra r-rikorrenti u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq il-bażi li ma hemm l-ebda konnessjoni razzjonali bejn ir-rikorrenti u l-persuni jew entitajiet li qed ifittxu li jiġu mmirati mill-miżuri restrittivi adottati mill-Unjoni, jiġifieri dawk li qed jibbenefikaw minn jew li jappoġġaw ir-reġim Sirjan.It-tieni motiv ibbażat fuq allegazjoni li d-deċiżjonijiet u regolamenti tal-Kunsill ikkontestati jammontaw għal ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti kif protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u/jew il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż id-dritt ta

r-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba, id-dritt tagħhom għal di

fiża, l-obbligu ta’ motivazzjoni u l-preżunzjoni tal-innoċenza, id-dritt għal rimedju effettiv u għal smigħ xieraq, il-libertà ta’ twettiq ta’ negozju, u d-dritt għall-proprjetà.

____________