Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 – AlzChem vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-284/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AlzChem AG (Trostberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Alexiadis, Solicitor, A. Borsos u I. Georgiopoulos, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumissjoni tal-15 ta’ Ottubru 2014 abbażi tal-Artikoli 107(1) u 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jikkonċerna l-għajnuna mill-Istat SA.33797 – (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2011/CP) implementata mis-Slovakkja favur NCHZ ;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball billi kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-operat ta’ NCHZ skont id-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE

Il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li ma kien ingħata l-ebda vantaġġ lil Novácké chemické závody, a.s. v konkurze (NCHZ) meta l-attivitajiet tagħha tkomplew wara d-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri u tal-kredituri li jgawdu minn garanziji. Il-Kummissjoni wettqet ukoll żball ta’ liġi u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li d-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri u tal-kredituri li jgawdu minn garanziji li jitkomplew l-attivitajiet ta’ NCHZ ma hijiex imputabbli lill-Istat.It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni, sanċit fl-Artikolu 296 TFUE, fir-rigward tal-imputabbiltà tal-Istat għad-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri u tal-kredituri li jgawdu minn garanzijiIl-Kummissjoni ma pprovdietx motivazzjoni fir-rigward tal-approvazzjoni tad-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri u tal-kredituri li jgawdu minn garanziji mill-qorti ta’ Trenčín. Il-Kummissjoni lanqas ma pprovdiet motivazzjoni fir-rigward tad-drittijiet ta’ veto tal-kredituri li jgawdu minn garanziji b’rabta mal-kontinwazzjoni tal-at

tivitajiet ta’ NCHZ skont id-dritt Slovakk tal-falliment.

____________