Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2015 – Esso Raffinage vs ECHA

(Kawża T-283/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Esso Raffinage (Courbevoie, Franza) (rappreżentant: M. Navin-Jones, Solicitor)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-1 ta’ April 2015 adottata mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“ECHA”) fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (“REACH”), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1), li tikkonsisti f’ittra intitolata “Dikjarazzjoni ta’ Nuqqas ta’ Konformità insegwitu għal deċiżjoni ta’ valutazzjoni tad-dossier taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (“SONC”) u l-allegati tagħha (numru ta’ referenza CCH-C-0000005770-74-01/F);

tordna li l-kawża tintbagħat lura lid-Direttur Eżekuttiv tal-ECHA bl-indikazzjoni li kull deċiżjoni ġdida tal-ECHA tieħu inkunsiderazzjoni r-raġunijiet għall-annullament mogħtija fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali u kull informazzjoni rilevanti oħra aġġornata;

tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fir-rigward ta’ dawn il-proċeduri; u

tieħu miżuri oħra jew miżuri ulterjuri hekk kif ikun meħtieġ.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka numru ta’ motivi, fosthom:

L-ewwel motiv, ibbażat fuq att ultra vires, ksur tal-bilanċ istituzzjonali eċċ.

Ir-rikorrenti tinvoka li l-ECHA ma għandha l-ebda awtorità jew bażi legali sabiex tistabbilixxi, tikkompila, tadotta u/jew tibgħat l-hekk imsejħa Dikjarazzjonijiet ta’ Nuqqas ta’ Konformità u li peress li kkompilat, adottat u bagħtet SONC f’dan il-każ, l-ECHA (1) aġixxiet barra mil-limitu tas-setgħa diskrezzjonali tagħha u/jew tas-setgħa eżekuttiva tagħha (att ultra vires); (2) aġixxiet bi ksur tal-prinċipju legali u tar-rekwiżit ta’ bilanċ istituzzjonali tas-setgħa; (3) aġixxiet bi ksur tal-prinċipju legali u tar-rekwiżit ta’ amministrazzjoni tajba; (4) aġixxiet bi ksur tal-prinċipju legali ta’ tmexxija pubblika tajba; u/jew (5) aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

It-tieni motiv, ibbażat, sussidjarjament, fuq ksur tal-Artikolu 42 REACH.Ir-rikorrenti ssostni li sa fejn l-ECHA tista’ tistrieħ fuq l-Artikolu 42(1) REACH bħala awtorità legali u/jew il-bażi legali tad-deċiżjoni kkontestata, l-Artikolu 42(1) REACH ma jipprovdi lill-ECHA l-ebda awtorità legali jew bażi għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u li billi adottat id-deċiżjoni kkontestata l-ECHA aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 42(1) REACH. Ir-rikorrenti ssostni li, f’dan il-każ, l-ECHA ma adottatx id-deċiżjoni xierqa kif meħtieġ mill-Artikolu 42(1) REACH. Ir-rikorrenti ssostni li l-ECHA b’mod konsistenti interpretat l-Artikolu 42(1) REACH bħala li ma jawtorizzax il-ħruġ ta’ Dikjarazzjoni ta’ Nuqqas ta’ Konformità.It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ.Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-prinċipji legali tal-UE tad-dritt għal smigħ, tad-dritt għal risposta u għal replika, tad-dritt għal difiża, tad-dritt ta’ notifika u tad-dritt għal amministrazzjoni tajba. Ir-rikorrenti ssostni li bħala konsegwenza diretta tal-ksur ta’ dawn id-drittijiet proċedurali u ta’ proċess, id-deċiżjoni kkontestata hija annullata u bla effett. Jiġifieri: l-ECHA ma aġixxietx bi ksur tad-drittijiet proċedurali u tal-proċess tar-rikorrenti, peress li r-rikorrenti ssostni li l-eżitu tal-proċess u tal-proċedura kien ikun materjalment differenti.Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata kienet inkonsistenti mal-prinċipju legali tal-UE ta’ proporzjonalità’, u bi ksur ta’ dan il-prinċipju. Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex xierqa j

ew meħtieġa, ma kinitx tikkostitwixxi l-miżura l-inqas oneruża u li l-iżvantaġġi kkawżati kienu sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet imfittxija.Il-ħames motiv, ibbażat fuq żball fl-interpretazzjoni tar-rekwiżiti ta’ data taħt REACH.Ir-rikorrenti ssostni li l-ECHA wettqet żball fl-interpretazzjoni tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar it-Taqsima 8.7.2. tal-Anness X, peress li ma hemm fil-fatt ebda rekwiżit de facto biex jitwettaq studju dwar it-tossiċità fl-iżvilupp ta’ speċi oħra. Għalhekk ir-rikorrenti ssostni li l-ECHA, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, aġixxiet mingħajr bażi legali u barra mil-limiti tas-setgħa diskrezzjonal

i tagħha.

____________