Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – AlzChem vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-284/15) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Industrija tal-kimika – Deċiżjoni li jitkompla l-operat ta’ impriża matul il-proċedura ta’ falliment – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Rikors għal annullament – Inċidenza individwali – Ammissibbiltà – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Vantaġġ – Kriterju ta’ kreditur privat – Imputabbiltà lill-Istat – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AlzChem AG (Trostberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment P. Alexiadis, solicitor, A. Borsos u I. Georgiopoulos, avukati, sussegwentement P. Alexiadis, A. Borsos, E. Kazili, P. Oravec u K. Csach, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte u L. Armati, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent), u Fortischem a.s. (Nováky, is-Slovakkja) (rappreżentanti: C. Arhold, P. Hodál u M. Staroň, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1826 tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar għajnuna mill-Istat SA.33797 – (2013/C) (ex 2013/NN) (Ex 2011/CP) implimentat mis-Slovakkja għall-NCHZ (ĠU 2015, L 269, p. 71).

Dispożittiv

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1826 tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar għajnuna mill-Istat SA.33797 – (2013/C) (ex 2013/NN) (Ex 2011/CP) implimentat mis-Slovakkja għall-NCHZ, huwa annullat.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk ta’ AlzChem AG.

Ir-Repubblika Slovakka u Fortischem a.s. għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1     ĠU C 302, 14.9.2015.