Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fid-29 ta’ Marzu 2022 – Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

(Kawża C-222/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

Konvenut: JF

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (riformulazzjoni) 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li skontha barrani li jagħmel talba sussegwenti, bħala regola ġenerali, ma jingħatax l-istatus ta’ benefiċjarju tad-dritt ta’ ażil meta r-riskju ta’ persekuzzjoni jkun ibbażat fuq ċirkustanzi li l-barrani nnifsu ħoloq wara li telaq mill-Istat ta’ oriġini tiegħu, sakemm l-attivitajiet inkwistjoni ma jkunux awtorizzati fl-Awstrija u jkun stabbilit li dawn l-attivitajiet huma l-espressjoni u t-tkomplija ta’ twemmin diġà eżistenti fil-pajjiż ta’ oriġini?

____________

1 ĠU 2011, L 337, p. 9.