Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Tesco-Global Áruházak Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-323/18) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà ta’ stabbiliment – Taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ fis-settur tal-kummerċ bl-imnut f’ħanut – Taxxa progressiva li taffettwa iktar lill-impriżi miżmuma minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi ta’ Stati Membri oħra milli lill-impriżi nazzjonali – Livelli tat-taxxa progressiva applikabbli għall-persuni taxxabbli kollha – Newtralità tal-ammont tad-dħul mill-bejgħ bħala kriterju ta’ distinzjoni – Kapaċità ta’ ħlas tal-persuni taxxabbli – Għajnuna mill-Istat)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tesco-Global Áruházak Zrt

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Dispożittiv

L-Artikoli 49 u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi taxxa progressiva ħafna fuq id-dħul mill-bejgħ, li l-oneru effettiv tagħha jaqa’ prinċipalment fuq impriżi kkontrollati direttament jew indirettament minn ċittadini ta’ Stati Membri oħra jew minn kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor minħabba l-fatt li dawn l-impriżi jagħmlu l-ikbar dħul mill-bejgħ fis-suq ikkonċernat.

____________

1     ĠU C 311, 3.9.2018.