Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2022 – Eurobolt et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-479/20) 1

(Dumping – Estensjoni tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina għal importazzjonijiet ikkunsinjati mill-Malasja – Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja – Artikolu 266 TFUE – Impożizzjoni mill-ġdid tad-dazju antidumping definittiv – Nuqqas ta’ retroattività – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Kompetenza tal-awtur tal-att )

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Eurobolt BV (’s-Heerenberg, il-Pajjiżi l-Baxxi), Fabory Nederland BV (Tilburg, il-Pajjiżi l-Baxxi), ASF Fischer BV (Lelystad, il-Pajjiżi l-Baxxi), Stafa Group BV (Maarheeze, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: S. De Knop, B. Natens u A. Willems, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u G. Luengo, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/611 tat-30 ta’ April 2020 li jimponi mill-ġdid id-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar ikkonsenjati mill-Malasja, kemm jekk ikunu ddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u kemm jekk le (ĠU 2020, L 141, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Eurobolt BV, Fabory Nederland BV, ASF Fischer BV u Stafa Group BV huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 304, 14.9.2020.