Language of document : ECLI:EU:T:2022:304


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Mejju 2022 – Eurobolt et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-479/20) (1)

“Dumping - Estensjoni tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina għal importazzjonijiet ikkunsinjati mill-Malasja - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 266 TFUE - Impożizzjoni mill-ġdid tad-dazju antidumping definittiv - Nuqqas ta’ retroattività - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Kompetenza tal-awtur tal-att”

1.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta' dumping – Proċedura antidumping – Sentenza li tiddikkjara r-regolamenti li jistabbilixxu d-dazji antidumping invalidi – Adozzjoni ta’ regolament intiż għall-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ invalidazzjoni – Tkomplija tal-proċedura li ppreċediet ir-regolamenti ddikkjarati invalidi bil-għan li jerġgħu jiġu stabbiliti d-dazji antidumping – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Ksur tal-prinċipji ta' nuqqas ta' retroattività u ta' ċertezza legali – Assenza

(Artikolu 266 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 10(1) u 15(2))

(ara l-punti 40 sa 61, 67 sa 77, 84 sa 91)

2.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta' dumping – Proċedura antidumping – Sentenza li tiddikkjara r-regolamenti li jistabbilixxu d-dazji antidumping invalidi – Adozzjoni ta’ regolament intiż għall-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ invalidazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Portata – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

[Artikolu 266 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/1036)

(ara l-punti 96 sa 99)

3.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta' dumping – Proċedura antidumping – Sentenza li tiddikkjara r-regolamenti li jistabbilixxu d-dazji antidumping invalidi – Adozzjoni ta’ regolament intiż għall-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ invalidazzjoni – Impożizzjoni mill-ġdid ta’ dazji antidumping fuq importazzjonijiet imwettqa matul il-perijodu ta’ applikazzjoni tar-regolamenti invalidati – Ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Assenza

(Artikolu 266 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 15(2))

(ara l-punti 105 sa 112)

4.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta' dumping – Proċedura antidumping – Dazji antidumping stabbiliti abbażi tar-regolament bażiku dwar l-antidumping Nru 1225/2009 – Sentenza li tiddikkjara r-regolamenti li jistabbilixxu d-dazji antidumping invalidi – Regolament intiż għall-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ invalidazzjoni – Adozzjoni tal-imsemmi regolament abbażi tar-Regolament bażiku dwar l-antidumping Nru 2016/1036 – Ammissibbiltà

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/1036, Artikoli 13(1) u 14(1))

(ara l-punti 123 sa 128)

5.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta' dumping – Evitar – Estensjoni tad-dazju antidumping – Adozzjoni, wara l-iskadenza tad-dazju antidumping, ta’ regolament dwar l-estensjoni retroattiva ta’ dan id-dazju – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/1036, Artikoli 13(1) u (3), u 14(1) u (5); Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 13(1) u (3), u 14 (1) u (5))

(ara l-punti 129 sa 134)

6.      Ftehimiet internazzjonali – Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ – GATT tal-1994 – Impossibbiltà li jiġu invokati l-ftehimiet tal-WTO sabiex tiġi kkontestata l-legalità ta’ att tal-Unjoni – Eċċezzjonijiet – Att tal-Unjoni intiż sabiex jiżgura l-implimentazzjoni tiegħu jew li jirreferi espressament u b’mod preċiż għalih – Assenza

(Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994, Artikolu, VI; Regolamenti tal-Kunsill Nru 91/2009 u Nru 924/2012; Regolament tal-Kummissjoni 2015/519)

(ara l-punti 140 sa 150)

7.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Proċedura antidumping – Sentenza li tiddikkjara r-regolamenti li jistabbilixxu d-dazji antidumping invalidi – Adozzjoni ta’ regolament intiż għall-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ invalidazzjoni – Regolament li jordna lill-awtoritajiet nazzjonali jissospendu r-rimbors tad-dazji antidumping ikkonċernati – Ammissibbiltà

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/1036, Artikolu 14(1))

(ara l-punti 161 sa 168)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Eurobolt BV, Fabory Nederland BV, ASF Fischer BV u Stafa Group BV huma kkundannati għall-ispejjeż.


1 ĠU C 304, 14.9.2020.