Language of document :

Appell ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2021 minn European Union Copper Task Force mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-13 ta’ Ottubru 2021 fil-Kawża T-153/19, European Union Copper Task Force vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-828/21 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: European Union Copper Task Force (rappreżentanti: I. Moreno-Tapia Rivas and C. Vila Gisbert, abogadas)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tiddeċiedi fuq il-mertu tar-rikors għal annullament jew, sussidjarjament, tirrinvija lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali għas-sentenza;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċeduri tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, ir-rikorrent jinvoka s-segwenti aggravji.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju tagħha u kisret id-dritt tal-appellant għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ arbitrarjetà meta naqset milli teżiġi approċċ armonizzat fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kriterji tal-PBT (persistenza, bijoakkumulazzjoni u tossiċità).

Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ prekawzjoni u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Il-Qorti Ġenerali kisret ir-regoli tal-proċedura meta ċaħdet it-talba tal-appellanti għal ħatra ta’ espert.

____________