Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Lulju 2011 - Nitrogénművek Vegyipari vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-387/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nitrogénművek Vegyipari Zrt. (Pétfürdő, Ir-Repubblika tal-Ungerija) (rappreżentanti: Z. Tamás u M. Le Berre, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C14/09 (ex NN 17/09) mogħtija mill-Ungerija favur Péti Nitrogénművek Zrt. (notifikata bid-dokument Nru C(2010) 7274);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

L-ewwel motiv:

Nuqqas tal-Kummissjoni li tapplika l-prinċipju ta' tranżazzjoni tas-suq;

It-tieni motiv:

Id-deċiżjoni kkontestata ttieħdet bi ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE;

It-tielet motiv:

Id-deċiżjoni kkontestata ttieħdet bi ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 296 TFUE;

Ir-raba' motiv:

Id-deċiżjoni kkontestata ttieħdet bi ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Il-ħames motiv:

Id-deċiżjoni kkontestata ttieħdet bi ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi;

Is-sitt motiv (invokat sussidjarjament għall-ewwel u t-tieni motivi):

Id-deċiżjoni kkontestata ttieħdet bi ksur tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE.

____________