Language of document : ECLI:EU:T:2013:98





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Frar 2013 — Nitrogénművek Vegyipari vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑387/11)

“Għajnuna mill-Istat — Settur bankarju — Krediti ggarantiti mill-Ungerija u mogħtija minn bank tal-iżvilupp — Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri ta’ għajnuna parzjalment inkompatibbli u li tordna l-irkupru tagħhom — Kriterju ta’ investitur privat”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat — Għoti, minn bank pubbliku, ta’ kreditu ggarantit mill-Istat — Teħid inkunsiderazzjoni tal-impossibbiltà għall-impriża benefiċjarja li tikseb l-istess kreditu minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra mingħajr il-garanzija tal-Istat — Żball manifest ta’ evalwazzjoni mill-Kummissjoni — Assenza (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 17-20, 28-55)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 21)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata — Teħid inkunsiderazzjoni tal-kuntest u tar-regoli ġuridiċi kollha — Obbligu li tingħata tweġiba għall-argumenti kollha mressqa matul il-proċedura amministrattiva — Assenza (Artikoli 107(1) TFUE u 296 TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2004/C 244/02) (ara l-punti 27, 101-105, 117)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Għajnuna mogħtija minn impriża pubblika — Impriża kkontrollata mill-Istat — Imputabbiltà lill-Istat tal-miżura ta’ għajnuna — Esklużjoni — Totalità ta’ indizji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 59-67)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Deċiżjoni li jista’ jkollha xi diverġenzi fir-rigward tad-deċiżjoni finali (Artikolu 108(2) TFUE) (ara l-punti 76, 77, 97)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 89-93)

7.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Proċedura amministrattiva — Dritt għal smigħ tal-persuni interessati — Limiti (Artikolu 108(2) TFUE) (ara l‑punt 118)

8.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinfetaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat — Evalwazzjoni provviżorja tagħha — Assenza ta’ aspettattivi leġittimi (ara l-punt 121)

9.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni — Għajnuna intiża li tirrimedja perturbazzjoni serja tal-ekonomija ta’ Stat Membru — Evalwazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ prassi preċedenti — Esklużjoni (Artikolu 107(3)(b) TFUE) (ara l-punt 126)

10.                     Proċedura ġudizzjarja — Miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura — Talba għall-produzzjoni ta’ dokumenti — Obbligi ta’ min iressaq it-talba (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 64(3)(d) u (4)) (ara l-punt 130)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/269/UE, tas-27 ta’ Ottubru 2010, dwar Għajnuna mill-Istat C 14/09 (ex NN 17/09) mogħtija mill-Ungerija lil Péti Nitrogénművek Vegyipari Zrt. (ĠU 2011, L 118, p. 9).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nitrogénművek Vegyipari Zrt. hija kkundannata għall-ispejjeż.