Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 - G. & C. vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-326/08)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: G. & C. Srl (Licata, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008 tat-12 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-loġitudni 45 °W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9);
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk li ġew invokati fil-Kawża T-313/08 Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c. vs Il-Kummissjoni.
____________