Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Frar 2024 – Remolcadores Nosa Terra et Hospital Povisa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-432/14) 1

(“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli favur ċerti gruppi ta’ interess ekonomiku (GIE) u l-investituri tagħhom – Sistema fiskali applikabbli għal ċerti ftehim ta’ lokazzjoni finanzjarja għall-akkwist ta’ vapuri (sistema Spanjola ta’ leasing fiskali) – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern u li tordna parzjalment l-irkupru tagħha – Tmiem parzjali tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni parzjali – Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Remolcadores Nosa Terra, SA (Vigo, Spanja), Hospital Povisa, SA (Vigo) (rappreżentant: J. Otero Novas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Carpi Badía u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE tas-17 ta’ Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja Reġim tat-taxxa applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni (ĠU 2014, L 114, p. 1).

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikorsi sa fejn huma intiżi kontra l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE tas-17 ta’ Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja Reġim tat-taxxa applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni, sa fejn jindika l-gruppi ta’ interess ekonomiku u l-investituri tagħhom bħala l-unika benefiċjarji tal-għajnuna msemmija f’din id-deċiżjoni, u l-Artikolu 4(1) tal-imsemmija deċiżjoni, sa fejn jordna lir-Renju ta’ Spanja jirkupra l-ammont kollu tal-għajnuna msemmija f’din id-deċiżjoni mingħand l-investituri tal-gruppi ta’ interess ekonomiku li bbenefikaw minnha.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 253, 4.8.2014.