Language of document :

Talba għal opinjoni mressqa mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 218(11) TFUE

(Opinjoni 1/15)

Lingwa tal-kawża: il-lingwi uffiċjali kollha

Talba mressqa minn

Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Caiola, D. Moore, aġenti)

Domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja

Il-ftehim maħsub 1 huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati (Artikolu 16 TFUE) u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea [Artikoli 7, 8 u 52(1)] sa fejn huwa kkonċernat id-dritt tal-persuni fiżiċi għall-protezzjoni tad-data personali?L-Artikolu 82(1)(d) u l-Artikolu 87(2)(a) TFUE jikkostitwixxu l-bażi legali adegwata għall-att tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim maħsub jew dan l-att għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 16 TFUE?