Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil nº 2 de Madrid (Spanja) fil-15 ta’ Jannar 2021 – ZA, AZ, BX, CV, DU u ET vs Repsol Comercial de Productos Petrolíferos S.A.

(Kawża C-25/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil nº 2 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ZA, AZ, BX, CV, DU u ET

Konvenut: Repsol Comercial de Productos Petrolíferos S.A.

Domandi preliminari

Jekk ir-rikorrent jistabbilixxi li r-relazzjoni kuntrattwali tiegħu ta’ provvista esklu\iva u li tagħti d-dritt għall-użu ta’ trade mark (abażi ta’ kummissjoni jew ta’ bejgħ eżegwit bi prezz ta’ riferiment ta’ bejgħ mill-ġdid bi skont) ma’ REPSOL jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali u ratione temporis eżaminat mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, għandu jitqies li r-relazzjoni kuntrattwali hija affettwata mid-deċiżjoni tat-Tribunal de Defensa de la Competencia (il-Qorti tal-Kompetizzjoni, Spanja) tal-11 ta’ Lulju 2001 (Każ 490/00 REPSOL) u/jew bid-deċiżjoni tal-Comisión Nacional de la Competencia (il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Kompetizzjoni, Spanja) tat-30 ta’ Lulju 2009 (Każ 652/07 REPSOL/CEPSA/BP), meta jitqies li r-rekwiżiti tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1/2003/KE 1 rigward l-oneru tal-prova dwar dan il-ksur ġew issodisfatti skont dawn id-deċiżjonijiet?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, u jekk jiġi stabbilit fil-każ speċifiku li r-relazzjoni kuntrattwali hija koperta mid-deċiżjoni tat-Tribunal de Defensa de la Competencia (il-Qorti tal-Kompetizzjoni, Spanja) tal-11 ta’ Lulju 2001 (Każ 490/00 REPSOL) u/jew mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-Kompetizzjoni tat-30 ta’ Lulju 2009 (Każ 652/07 REPSOL/CEPSA/BP), il-konsegwenza għandha neċessarjament tkun id-dikjarazzjoni ta’ nullità ipso jure tal-ftehim, skont l-Artikolu 101(2) TFUE?

____________

1     Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)