Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Novembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari mir-Rayonen sad Montana - il-Bulgarija) – L.T.L. vs Apelativen sad - Sofia

(Kawża C-373/23, Svivov) 1  2

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rekwiżit li jiġi ppreżentat il-kuntest leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali – Rekwiżit li jiġu indikati r-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta mill-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll ir-rabta bejn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li tagħhom qiegħdha tintalab l-interpretazzjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli – Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad Montana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L.T.L.

Konvenut: Apelativen sad - Sofia

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad Montana (il-Qorti Distrettwali ta’ Montana, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tas-6 ta’ Ġunju 2023, hija manifestament inammissibbli.

____________

1     Data tal-preżentata: 14.6.2023.

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.