Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) fid-19 ta’ Jannar 2021 – “KONSERVINVEST” OOD vs “BULCONS PARVOMAY” OOD

(Kawża C-35/21)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven kasatsionen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: “KONSERVINVEST” OOD

Konvenut: “BULCONS PARVOMAY” OOD

Domanda preliminari

L-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel 1 jippermetti l-eżistenza, lil hinn mill-każijiet ta’ protezzjoni tranżitorja irregolati mill-imsemmi artikolu, ta’ sistema nazzjonali għar-reġistrazzjoni u għall-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, koperti mir-Regolament, u jippermetti lill-Istati Membri jipprevedu dispożizzjonijiet nazzjonali oħra li japplikaw simultanjament (simili għas-sistema parallela tat-trade marks) dwar is-soluzzjoni ta’ tilwim dwar ksur tad-dritt għal tali indikazzjoni ġeografika bejn negozjanti lokali li jipproduċu u li jikkummerċjalizzaw prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, koperti mir-Regolament Nru 1151/2012, fit-territorju tal-Istat Membru fejn hija rreġistrata l-indikazzjoni ġeografika?

____________

1     ĠU 2012, L 343, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 55, p. 27, fil-ĠU 2015, L 191, p. 10, u fil-ĠU 2019, L 216, p. 40.