Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2024 – VistaJet vs EUIPO (forma ta’ strixxa ħamra orizzontali fuq qafas tal-fidda)
(Kawża T-195/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: VistaJet ltd. (Luqa, Malta) (rappreżentant: J. Zecher, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark ta’ pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea (forma ta’ strixxa ħamra orizzontali fuq qafas tal-fidda) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 760 795
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Jannar 2024 fil-Każ R 1143/2023-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż inkorsi fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-ispejjeż inkorsi fl-appell u fil-proċedimenti ta’ verifika quddiem l-EUIPO.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________