Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2024 – Föreningen Svenskt Landskapsskydd vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-346/22) 1

(“Ambjent – Pjan integrat għall-enerġija u l-klima tal-Isvezja li jkopri l-perijodu 2021-2030 – Talba interna għal eżami mill-ġdid – Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Ċaħda tat-talba – Rikors għal annullament – Żball ta’ evalwazzjoni – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Assenza ta’ talba sabiex tittieħed azzjoni – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Föreningen Svenskt Landskapsskydd (Koler, l-Isvezja) (rappreżentant: G. Byrne, barrister)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. De Meester u G. Gattinara, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropea (rappreżentanti: O. Denkov u J. Etienne, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Vétillard u J. Himmanen, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, minn naħa u prinċipalment, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea nnotifikata permezz tal-ittra tal-1 ta’ April 2022 u li tiċħad it-talba interna għal eżami mill-ġdid li hija ressqet fil-15 ta’ Diċembru 2021 u, min-naħa l-oħra u sussidjarjament, abbażi tal-Artikolu 265 TFUE, il-konstatazzjoni li l-Kummissjoni naqset b’mod illegali milli tieħu azzjoni konformement mal-għan tat-talba tagħha tat-13 ta’ Diċembru 2021 dwar il-Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima tar-Renju tal-Isvezja li jkopri l-perijodu 2021-2030.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Föreningen Svenskt Landskapsskydd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1     ĠU C 311, 16.8.2022.